Steve Harwell, il-kantant tal-grupp Smash Mouth li kiseb prominenza fis-snin disgħin miet fl-età ta’ 56 sena b’kaġun ta’ problemi fil-fwied u wara li kien ilu jipprova jirkupra mill-abbuż tal-alkoħol.
Harwell miet fid-dar tiegħu f’Idaho fejn kien għamel l-aħħar jiem jingħata trattament waqt li l-kundizzjoni tiegħu kompliet taqleb għall-agħar.
Il-kantant kien il-fundatur ta’ Smash Mouth li jibqa’ magħruf l-aktar għall-kanzunetti All Star u I’m A Believer ( cover version tal-kanzunetta tas-sittinijiet tal-grupp The Monkees).
Intant, Steve Harwell kien telaq il-grupp u waqaf mil-live shows fl-2021 waqt li minn dak iż-żmien ma deher qatt aktar fix-xena mużikali.
//= $special ?>