It-tifun Haikui reġa’ laqat direttament lit-Tajwan wara erba’ snin, u ħalla aktar minn 40 persuna midruba – bir-riħ ilaħħaq sa 200km fis-siegħa. Iżda fortunatament, ma kien hemm l-ebda imwiet irrappurtati jew ħsarat strutturali kbar.
Ir-reġjuni tan-Nofsinhar u tal-Lvant tat-Tajwan kienu l-aktar milquta, u wasslu għal evakwazzjonijiet f’ċerti żoni.
Hekk kif l-isforzi tat-tindif qed ikomplu, in-negozji, l-iskejjel u s-servizzi tat-trasport baqgħu magħluqa.
Jumejn ilu…tifun ieħor bl-isem ta’ Saola, evita t-Tajwan iżda spiċċa baqa’ sejjer lejn Hong Kong; għalkemm il-ħsara kienet ferm anqas milli mistenni.
L-awtoritajiet Ċiniżi ilbieraħ estendew it-twissijiet hekk kif kien riesaq it-tifun Haikui u talbu lid-dgħajjes jidħlu fil-port minħabba riħ qawwi u mewġ ernomi.
//= $special ?>