Iċ-champions lokali tal-futsal Luxol St Andrew’s jibdew id-difiża tat-titlu b’logħba diffiċli kontra l-isfidanti Swieqi Futsal. Dan wara li t-Tnejn ittelgħu l-poloz mill-Enemed Futsal League.
Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni knock-out University of Malta ACJ Group telgħu biex jilagħbu kontra Marsaskala Futsal filwaqt li Żurrieq Bormla Futsal jilgħabu kontra selezzjoni Maltija ta’ taħt it-19-il sena.
It-tim li wasal sal-play-offs Ta’ Xbiex Futsal Iżola Bank se jilagħb kontra d-debuttanti Gżira United Santa Margerita Futsal filwaqt li Santa Venera Lightnings u Sliema Wanderers se jibdew l-impenji tagħhom b’konfront kontra xulxin.
Is-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena tilgħab kontra Birżebbuġa St Peter’s.
Qabel it-tlugħ tal-poloz il-President tal-Futsal Malta Association, il-Perit Mark Borg wera s-sodisfazzjoni tiegħu li 12-il tim applika sabiex jieħdu fil-kompetizzjoni ta’ dan l-istaġun u rringrazzja lid-diriġenti tal-klabbs li qed jgħinu sabiex din il-logħba tkompli tikber.
L-istaġun tal-futsal jibda fid-29 ta’ Settembru meta ċ-champions Luxol u r-rebbieħa tan-Knock Oout University of Malta ACJ Group jilagħbu għas-Super Cup.
//= $special ?>