Lokali

Ingliż imut f’pool ta’ residenza privata fiż-Żurrieq

Ingliż ta’ 70 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum f’residenza privata.

Il-każ seħħ ibieraħ, għall-ħabta tas-7pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien instab bniedem mitluf minn sensih f’residenza fi Triq il-Kbira, iż-Żurrieq.

Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lir-raġel bla ħajja fil-pool.

Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin