Futbol Sport

Ir-referee Matthew De Gabriele jipparteċipa f’taħriġ organizzat mill-UEFA

(Ritratt: Malta FA)

Ir-referee Malti tal-FIFA, Matthew De Gabriele ipparteċipa f’taħriġ prestiġġjuż organizzat mill-UEFA f’Nyon, fl-Iżvizzera.

It-taħriġ bl-isem ta’ ‘Talent & Mentor Program’ għandu l-għan li jtejjeb il-prestazzjoni tar-referees fuq diversi binarji fosthom fil-kontroll tal-partita kif ukoll f’sitwazzjoniijiet fil-kaxxa il-kbira. It-taħriġ sar fil-kwartiri ġenerali tal-UEFA bil-parteċipazzjoni ta’ 32 referee, 20 referee maskili u 12 femminili.

Il-parteċipazzjoni ta’ De Gabriele hija waħda sinifikanti għad-dipartiment tar-referees f’Malta, hekk kif kienu ilu ma jkun nominat referee Malti għal dan il-programm.