Is-Sindku Laburista tal-Gżira Conrad Borg Manche tenna li pajjiżna jeħtieġ soluzzjoni reali għall-kriżi tal-iskart. Dan qalu b’reazzjoni għall-istorja ppubblikata mill-media Laburista kontra s-Sindku ta’ Tas-Sliema, fejn il-media ta’ Robert Abela provat iddawwar din it-tema importanti f’ballun politiku.
Iżda minflok żifen mad-diska ta’ One News, Borg Manche ħareġ jiddefendi lis-Sindku ta’ Tas-Sliema. U qal li John Pillow huwa raġel li dejjem ħadem fl-interess tal-lokal tiegħu.
“Avolja nemmen li mhuwiex xogħolu li joqgħod idur il-boroż taż-żibel biex jara min ħariġhom – għaliex suppost huma l-awtoritajiet li qedgħin jagħmlu dan – hu prova jagħti daqqa t’id lil-lokalita tiegħu b’mod ġenwin. Kif dejjem għidt, jien ma nħares lejn wiċċ ħadd u naħdem ma kulhadd, blu, aħmar, aħdar – għax dejjem ħdimt f’l-interess tal-pajjiż u ta xejn iktar.
Is-Sindku Laburista tal-Gżira insista illi kulħadd għandu għajnejh f’wiċċu. U meta jkun miexi fit-triq jara l-bankini u postijiet oħra mimlijin boroż taż-żibel f’kull ħin u f’kull mument.
“Ejja nahsbu fis-soluzzjonijiet reali u mhux dawk partigjani ghaliex din hija problema ta’ pajjiz u iridu nahdmu id f’id biex insolvuwha illum qabel għada. Fl-imminenti nemmen li iz-zibel ghandu jingabar darbtejn kuljum f’postijiet bħall-Gzira, Sliema, San Ġiljan, Paceville, il-Qawra, Bugibba, Marsaskala u zoni oħrajn.”
“Il-problema tezisti u iridu naqbdu il-barri minn qrunu darba ghal-dejjem minghajr telf taz-zmien biex ikollna pajjiz nadif, ghaliex iz-zibel iġib miegħu, ambjent mahmug, mard, grieden etc u ghalhekk huwa ta’ periklu ghal-kulhadd.”
“Ma nistgħux noqgħodu nippoliticizzaw issue importanti bhal din”, stqarr Borg Manche.
//= $special ?>