Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-9:15pm, il-Pulizija ġiet infurmata millAwtoritajiet tas-Saħħa li ftit ħin qabel iddaħħal raġel l-isptar b’diversi ġrieħi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel ta’ 32 sena residenti San Pawl il-Baħar, waqt li kien flinħawi ta’ Delimara, sab xi materjal pirotekniku, bil-konsegwenza li dan ħa u r-raġel ġarrab ġrieħi f’idejh u f’wiċċu.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei minn persuna li kienet miegħu u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>