“Grazzi Labour – ideat tal-bigilla. Kont qed nistenniha! Pajjiż tal-mickey mouse”.
Dawn huma biss ftit mill-baraxx ta’ kummenti li dehru fuq il-media soċjali wara li vettura spiċċat inqabdet fuq il-famużi ‘boċċi’ li tpoġġew fil-Mosta bħala parti mill-proġett li issa ilu għaddej kważi sentejn sħaħ.
Bis-Sindku Laburista Chris Grech jgħid lin-nies li “imnalla kien hemm il-boċċi”.
Iżda ħafna nies ikkummentaw li – apparti li kerrħu z-zona – dawn il-famużi boċċi qed ikunu aktar ta’ periklu milli ta’ sigurtà. Dan filwaqt li persuna oħra kitbet li “il-blalen tas-Sindku ħarġu fin-nofs!”
Ritratt: Malta Diżastru Totali
//= $special ?>