Lokali

“Minn belt ta’ eleganza għal belt vulgari” – Francis Vassallo

In-nuqqas ta infurzar biddel il-belt kapitali ta’ pajjiżna minn belt ta’ eleganza għal belt vulgara. U hija verament xi ħaġa tad-dwejjaq li f’pajjiżna spiċċaw imexxu numru zgħir ta’ żvillupaturi u mhux il-Gvern.

Hekk saħħaq l-eks Gvernatur tal-Bank Centrali ta’ Malta Francis Vassallo, f’artiklu li ġie ppubblikat fit-Times of Malta….fejn fisser kif il-Belt Valletta inbidlet minn belt residenzjali mimlija ħajja għall dak li Vassallo qed isejjaħ ‘Paceville ieħor’ – b’effett dirett fuq ir-residenti li qedgħin kontinwament jitilqu u jfittxu residenza x’imkien ieħor.

Vassallo stqarr li l-Belt Valletta mhix l-unika zona f’pajjiżna li spiċċat tilfet il-preġju tagħha. Hawn, hu semma’ kif ix-xatt ta’ Tas-Sliema ukoll inbidel kompletament fi blokka tas-siment bla ebda elegenza u still.

Dan l-isfreġju beda taħt Gvern Laburista fis-snin sebgħin meta kien ħarreġ permess biex dar il-ġmiel tagħha tinbiddel fi blokka ta’ appartamenti u eventwalment bqajna sejrin hekk sakemm minn dar waħda spiċċajna f’dak lli Vassalo jsejjaħ potpourri ta’ blokok ta’ appartamenti.

Fit-Times, l-eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali sostna li għalkemm il-Gvern biddel l-isem tal-MEPA għal Awtorità tal-Ippjanar …din mhi qed tagħmel pjannar ta’ xejn – għaliex iżjed qed tifokka biex tikkuntenta lil-iżvillupaturi.