Lokali

Żagħżugħ arrestat b’rabta mad-droga

Ġuvni ta’ 18-il sena ġie arrestat, wara li tfittxija li saritlu rriżultat li fil-mutur kellu 74 qartas b’sustanza bajda suspettata kokaina u 25 qartas b’sustanza kanella susspettata eroina.

L-arrest sar wara li l-Pulizija daħlitilha informazzjoni li l-Marsa, fl-inħawi ta’ Triq il-Ġerrejja kien hemm ġuvni jdur b’mutur u li x’aktarx kien qed jipprova jbiegħ id-droga.

Għaldaqstant, il-ġuvni ġie arrestat, waqt li ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine
Rizzo li ħatret inkejsta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Iż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-Qorti it-Tlieta, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Marseann Farrugia.

Tags