Fl-għaxar stadju time trial tal-Vuelta A Espana li qed issir bħalissa u li bdiet f’Barcelona u tgħaddi minn partijiet ta’ Andorra u Franza, Filippo Ganna rebaħ l-ewwel stadju tiegħu ta’ din it-tellieqa hekk kif il-vantaġġ ta’ Sepp Kuss fil-kmand tal-klassifika ġenerali taċ-ċiklisti parteċipanti, kompla jonqos għal 26 sekonda.
It-Taljan Ganna, Taljan spiċċa l-korsa ta’ 26 km f’ Valladolid 16-il sekonda quddiem iċ-champion tad-dinja, il-Belġjan Remco Evenepoel.
Ir-rebbieħ għal tliet darbiet f’edizzjonijiet passati ta’ Vuelta A Espana, Primoz Roglic daħal fit-tielet post, 20 sekonda wara ta’ qablu.
//= $special ?>