Futbol Sport

Futbol tan-Nisa: Rebħa kbira għal Valletta kontra Mtarfa

(Ritratt: Nicholas Falzon)

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet tkompla l-kampjonat Assikura tan-nisa bi tliet partiti, fejn iċ-champions Birkirkara u Swieqi United ma kienux fl-azzjoni minħabba l-impenji Ewropej tal-istripes.

Mġarr United 3-3 Hibernians

Partita missielta bejn Mġarr United u Hibernians spiċċat fi draw ta’ sitt gowls, biż-żewġ timijiet iwaqqgħu l-ewwel punti wara li fl-ewwel konfront ħarġu rebbieħa.

Wara 18-il minuta l-Pawlisti marru minn fuq permezz ta’ daqqa ta’ras mill-viċin tal-akkwist il-ġdid Leah Ayres.

Mġarr għamlu l-iskor indaqs ukoll permezz tad-debuttanta Fernanda Peinado li minn ġewwa l-kaxxa ż-żgħira għelbet lill-golkeeper veterana Sharon Costantino, li kienet qed tieħu post Zeeraya Jivray li tinsab imweġġa

Wara l-mistrieħ, Hibernians ħarġu b’saħħithom u skorjaw darbtejn minn Ayres li għaqdet hat-trick personali.

Madankollu Mġarr ma ramewx ix-xugaman u saħansitra rniexxielhom isalvaw punt permezz ta’ awto gowl ta’ Alessia Caschetto u gowl mill-Brażiljana Joelma li għelbet lil Costantino minn free-kick dirett.

Lija Athletic 1-1 San Ġwann

Draw ieħor bejn Lija Athletic u San Ġwann, b’dan ikun l-ewwel punt għal dawn iż-żewġ timijiet.

San Ġwann, immexxija minn Julian Camilleri marru minn fuq minn Shania Gheiti.

Lija iżda salvaw punt minn dan il-konfront b’gowl minn Vanessa Carniero, li ngħaqdet mal-klabb dan l-istaġun.

San Ġwann kellhom jilagħbu nofs it-tieni taqsima bi plejer inqas wara li tkeċċiet għalihom Martina Schembri, iżda l-iskor baqa’ ma nbidilx.

Mtarfa 0-9 Valletta

Wara telfa fl-ewwel partita, tasal l-ewwel rebħa għal Valletta, rebħa kbira ta’ 9-0 kontra Mtarfa.

Il-gowls tal-Beltin waslu minn hat-trick ta’ Anna Aloisio, doppjetta ta’ Marcelle u gowl kull wieħed minn Francesca Bartolo, Suzanne Farrugia Sacco, Monique Sultana u Sarah Vella Barberi .