It-tim tan-nisa ta’ Birkirkara kisbu riżultat prestiġjuz fil-UEFA Champions League hekk kif għelbu lil Breznica bl-iskor ta’ 1-0.
Il-gowl deċiżiv wasal żewġ minuti fuq il-ħin regolamentari permezz tal-awkkist il-ġdid tagħhom Edith Garcia Valero. Din ir-rebħa fissret li Birkirkara rebħu s-semi finali tal-grupp preliminari tal-UEFA Champions League, li jifforma parti miċ-Champions Path ta’ din il-kompetizzjoni.
Birkirkara issa jaffaċjaw lil Zurich fl-Iżvizzera, partita deċiżiva għall-kwalifikazzjoni tal-fażi li jmiss.
//= $special ?>