Ikompli joħroġ fid-deher kemm il-Gvern jinsab dahru mal-ħajt quddiem il-kriżi tal-iskart li qed jaffaċċja pajjiżna.
Dan hekk kif qed jibqa’ jagħlaq widnejh quddiem il-karba ta’ bosta Sindki li għal żmien twil ilhom jappellaw lill-Gvern sabiex jieħu din il-kwistjoni bis-serjetà hekk kif iktar ma jgħaddi ż-żmien, din il-problema qed tkompli tikber.
Fl-aħħar jiem is-Sindku Labuirsta tal-Gżira Conrad Borg Manche stqarr illi kulħadd għandu għajnejh f’wiċċu. U meta wiehed ikun miexi fit-triq jara l-bankini u postijiet oħra mimlijin boroż taż-żibel f’kull ħin tal-ġurnata.
Borg Manche insista li s-soluzzjonijiet iridu jinstabu illum qabel għada. U saħaq li fl-immedjat… jeħtieġ li ż-żibel jibda jinġabar darbtejn kuljum f’postijiet bħall-Gzira, Tas-Sliema, San Ġiljan, Paceville, il-Qawra, Bugibba, u Marsaskala.
Iżda l-Ministru Miriam Dalli li hija responsabbli mill-iskart ħasset li m’għandhiex għalfejn twieġeb għal dawn it-talbiet li qed isirulha mis-Sindku Laburista tal-Gżira. U qalet biss, li għandha relazzjoni tajba miegħu.
Conrad Borg Manche saħaq li quddiem il-kriżi tal-iskart… iridu naqbdu il-barri minn qrunu minghajr telf taż-żmien biex ikollna pajjiż nadif, għaliex fi kliemu stess iż-żibel iġib miegħu ambjent maħmuġ, mard, ġrieden u periklu għal kulħadd.
Intant, Net News saqsa wkoll lill-Ministru Dalli għaliex ħarbet minn dibattitu li sar fuq il-PBS din il-ġimgħa; dibattitu li għalih kien preżenti d-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott, u li ddiskuta proprju dwar dan is-suġġett, bit-tweġiba tagħha tkun li ma setgħetx tattendi.
Il-PN diga’ ħareġ b’diversi proposti sabiex tiżdied il-frekwenza tal-ġbir tal-iskart. Dan filwaqt li tinħoloq sistema ta’ koordinazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u l-Amministraturi tal-blokok ta’ appartamenti.
Il-PN irid ukoll li jiġu identifikati hot spots fejn isiru reati ambjentali u jiżdied l-infurzar…u li l-Kunsilli Lokali jerġgħu jingħataw ir-responsabbiltà tal-ġbir tal-iskart u jingħataw ir-riżorsi, inkluż dawk finanzjarji sabiex itejbu u jinfurzaw is-sistema.
//= $special ?>