Lokali

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’residenza f’Birżebbuġa

Raġel ta’ 52 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’residenza privata f’Birżebbuġa.

L-inċident seħħ l-Erbgħa waranofsinhar għall-ħabta tas-1:30 wara li l-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet waqgħet f’residenza privata fi Triq San Edwardu, Birżebbuġa.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.