Konferma li l-frodi mill-benefiċċji soċjali diġà qabżu ż-żewġ miljuni. Flus li ħarġu mill-but tal-poplu Malti u Għawdxi u li marru għand nies li ma kinux intitolati għal dan il-benefiċċju.
Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Politika Soċjali ngħad li s’issa nġabru lura biss €330,000.
Dan wara li l-Ħadd li għadda ġie ppubblikat evidenza illi tindika li l-ex Deputat tal-Partit Laburista Silvio Grixti, li huwa tabib tal-familja, ipprovda dokumenti mediċi foloz lil persuni, li ġeneralment kienu ġejjin minn distretti meqjusa bħala Laburisti. Dan sabiex jirċievu ħlas ta’ madwar €450 fix-xahar f’benefiċċji soċjali; racket li ssokta anke fl-2020, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela.
//= $special ?>