Delegazzjoni mill-Parlament Malti, inkluż numru ta’ Deputati Nazzjonalista żaru l-Istituzzjonijiet Ewropej fi Brussel fejn fost l-oħrajn iltaqgħu mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola li laqgħet din id-delegazzjoni mill-Parlament ta’ Malta.
Id-delegazzjoni mmexxija mill-ispeaker Anġlu Farrugia, kienet tinkludi 12-il Deputat tal-Partit Nazzjonalista.
Il-President Metsola qalet li l-Parlament Ewropew hu d-dar ta’ kull Malti u Għawdxi, u stiednet lid-deputati Maltin sabiex jieħdu sehem f’laqgħat organizzati fi Brussell u fi Strasburgu li matulhom jiġu diskussi liġijiet Ewropej. Hi qalet li b’dan il-mod, huma jistgħu jikkontribwixxu bl-ideat tagħhom fi stadju bikri tad-diskussjonijiet dwar suġġetti li jaffetwaw lill-poplu Malti u Għawdxi.
L-Ispeaker irringrazzja lill-President Metsola tal-ħidma li qed twettaq fit-tmexxija tal-Parlament Ewropew, bir-rappreżentanti taż-żewġ naħat tal-kamra jingħaqdu ma Anglu Farrugia u jaqblu mal-fatt li hi qed tagħmel isem pożittiv għal pajjiżna, u qed tagħmel lill-Maltin u l-Għawdxin kburin.
Aktar tard, id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista kellha laqgħa mal-President Roberta Metsola u l-kap tad-delegazzjoni Maltija fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew David Casa.
Id-delegazzjoni tal-Parlament Malti kellha ukoll laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea, mar-rapreżentanza Permanenti Maltija fl-Unjoni Ewropea u mal-ambaxxata Maltija fil-Belġju.
//= $special ?>