Raġel ġie arrestat wara li daħal biex f’ħanut li jintuża bħala massage parlour u allegatament wettaq avvanzi fuq impjegata. B’informazzjoni li kiseb Net News tindika li r-raġel – li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa – hedded lill-impjegata biex ittih il-flus.
Il-każ seħħ f’Birkirkara, viċin Triq il-Wied għall-ħabta tal-5:30pm.
L-impjegata, li kienet weħidha fil-massage parlour, hi ta’ nazzjonalità Ċiniża. U ttieħdet mill-post permezz ta’ ambulanza.
L-arrest tar-raġel sar fi Triq Torri Wejter, faċċata tal-massage parlour.
Intant, il-fatt li dan kien attentat ta’ stupru għadu jrid jiġi stabbilit mill-investigazzjonijiet.
//= $special ?>