Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tal-ħamsa neqsin kwart fi Triq Emmanuele Luigi Galizia, il-Marsa.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti Ħal Qormi u mutur Yamaha MT-03 misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Santa Venera.
Is-sewwieq tal-mutur kien assistit minn tim mediku u ambulanza ħadithu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>