Il-EUNIC Malta Film Festival li jinsab fit-tielet edizzjoni tiegħu, din is-sena ser jittella’ b’kollaborazzjoni mal-EuroPride 2023.
EUNIC huwa netwerk Ewropew tal-istituzzjonijiet kulturali u ambaxxati ingaġġati f’relazzjonijiet kulturali, u tagħti ħajja lill-kollaborazzjonijiet kulturali f’aktar minn 100 pajjiż madwar id-dinja kollha, b’netwerk ta’ 136 grupp.
F’dan l-avveniment ser ikunu qed jieħdu sehem ħdax il-membru u msieħba tal-cluster EUNIC Malta inkluż l-ambaxxati tal-Awstrija, tar-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, l-Olanda, Spanja, kif ukoll l-Alliance Française, ilKunsill Malti għall-Arti, il-British Council, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea, u l-Istituto Italiano di Cultura.
Biex jibqgħu fuq it-tema tal-Europride Valletta 2023 din is-sena l-għaxar screenings li ser isiru f’temp ta sebat ijiem ser jiżammu fuq it-tema “Ugwaljanza mill-Qalb”.
Permezz ta din il-kollaborazzjoni il-festival ser jgħaqqad l-arti u l-ugwaljanza li jissimbolizzaw socjeta’ fejn in-nies iħaddnu lil ħaddieħor, bla ebda kunsiderazzjonijiet tal-għazliet personali tagħom.
//= $special ?>