Żagħżugħ ta’ 15-il sena minn Ħ’Attard sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq il-Pitkali.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li żagħżugħ intlaqat minn Citroen C3 misjuqa minn mara ta’ 64 sena residenti Ħ’Attard ukoll.
Iż-żagħżugħ ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard huwa
kien ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>