Lokali Saħħa

“Hemm bżonn strateġiji biex jitnaqqsu s-suwiċidji”- Mark Xuereb

Settembru huwa x-xahar dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju. U anke f’pajjiżna qed jinħass il-bżonn li jiddaħħlu strateġiji ċari sabiex jonqos in-numru ta’ suwiċidji li qegħdin iseħħu kif spjega ma’ Net News il-psikjatra Mark Xuereb.

Huwa saħaq li l-prevenzjoni għandha tmur id f’id mat-tisħiħ tas-saħħa mentali fis-soċjetà tagħna. U huwa għalhekk li l-istrateġiji fejn jidħol prevenzjoni għas-suwiċidji ma jistgħux jinżammu fuq l-ixkaffa.

Mark Xuereb qal li għandu jkun hemm għajnuna immedjata għal minn ikun prova jagħmel suwiċidju. Fil-fatt, huwa semma’ id-diversi telefonati li jirċievi hu minn għad ta’ individwi li jkellhom bżonn għajnuna urġenti.

Barra minn hekk l-istrateġija tal-Crisis Resolution Malta tagħti għajnuna ukoll lil dawk il-familji li tilfu lil xi ħadd permezz ta suwiċidju.

Mark Xuereb saħaq fuq l-importanza li għandha il-midja soċjali u fuq l-impatt li għandhom dawn il-pjattaformi fuq l-individwu. Għalhekk, huwa insista li rridu nitkellmu fuq is-siwiċidju b’mod responsabbli.

Il-Crisis Resolution Malta ilha li twaqqfet 10 snin u l-għan ta din l-organiżżazzjoni hi sabiex tgħin lil persuni vulnerabbli li jkollhom bżonn għajnuna.