Aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed tkompli tikber il-kriżi tal-iskart. Tant li numru ta’ Sindki qegħdin jilmentaw fuq il-problemi enormi li qegħdin jiltaqgħu magħhom ir-residenti ta kuljum.
Il-Gvern minn naħa tiegħu qed jibqa’ ma joffri ebda soluzzjonijiet, ħlied li niffriżaw l-iskart organiku.
Affaċjat b’din il-kriżi kbira tal-iskart, il-Gvern Laburista għażel li juża l-media tiegħu sabiex jattakka lis-Sindki li qed jitkellmu apertament fuq din it-tema – fosthom is-Sindku ta’ Tas-Sliema John Pillow. Iżda din il-mossa ma tantx niżlet tajjeb mas-segwaċi ta’ One News…tant illi kienu diversi il-persuni li esprimew solidarjeta’ miegħu, flimkien ma’ sentiment ta’ rabja lejn ir-rappurtaġġ tal-media Laburista fuq Facebook.
Fost il-baraxx ta’ kummenti, kien hemm min qal illi l-iskart ġieli jagħmel ġurnata sħiħa barra – b’uħud jgħidu li pajjiżna spiċċa qisu miżbla.
Dan apparti li kien hemm diversi kummenti fejn qed jistaqsu għal soluzzjonijiet biex din il-problema tiġi indirizzata immedjatament.
Oħrajn ikkummentaw kif fl-aħħar ġimgħat innutaw żieda fil-wirdien u l-ġrieden… kif ukoll intejjen kbar…kaġun tal-iskart u l-boroż taż-żibel ma’ kullimkien, f’kull ħin tal-ġurnata.
Xi nies irrimarkaw ukoll illi meta l-Kunsilli kellhom ir-responsabbilta tal-ġbir tal-iskart ma kienx hemm din il-problema. Dan filwaqt li oħrajn stqasew fejn huma l-awtoritajiet biex iwettqu aktar infurzar.
Il-kriżi tal-iskart ilha inkontrollabbli għal żmien twil u s’issa l-Gvern għadu ma ħa ebda azzjoni biex tissolva din il-problema.
B’kuntrast, il-PN diga’ ħareġ b’diversi proposti sabiex tiżdied il-frekwenza tal-ġbir tal-iskart. Dan filwaqt li tinħoloq sistema ta’ koordinazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u l-Amministraturi tal-blokok ta’ appartamenti.
Il-PN irid ukoll li jiġu identifikati hot spots fejn isiru reati ambjentali u jiżdied l-infurzar…u li l-Kunsilli Lokali jerġgħu jingħataw ir-responsabbiltà tal-ġbir tal-iskart u jingħataw ir-riżorsi, inkluż dawk finanzjarji sabiex itejbu u jinfurzaw is-sistema.
//= $special ?>