Omm Jean Paul Sofia ħarġet tikkritika b’saħħa l-fatt li Matthew Schembri – wieħed mill-persuni implikat fil-qtil ta’ binha – issa se jkun qed jitħalla jsiefer barra l-pajjiża wara deċiżjoni mogħtija mill-Qorti.
Fuq il-media soċjali, Isabelle Bonnici kitbet li qed teżiġi li tingħata risposta għaliex ingħata dan il-permess. Dan filwaqt illi saqsiet min se jagħti garanzija li mhux se jkollu kommunikazzjoni ma’ xi xhieda barranin li jgħixu barra minn Malta.
Dan kollu seħħ fl-istess ġimgħa li fiha Isabelle Bonnici qed tiċċelebra għeluq snina; l-ewwel birthday mingħajr binha Jean Paul.

Kienet il-Qorti Kriminali f’rikors li għamel permezz tal-Avukati tiegħu Franco Debono u Arthur Azzopardi li laqgħwt it-talba ta’ Matthew Schembri biex ikun jista’ jitħalla jsiefer bejn il-11 u t-18 ta’ Settembru.
Meta nhar t-Tlieta li għadda l-Qorti tal-Maġistrati kienet qed tisma’ l-każ ta’ Schembri li jinsab mixli li qabbad żewġ Albaniżi biex jagredixxu lill-eks kunjatu tiegħu waqt li kien qed jagħmel “jogging” f’Tas-Sliema, d-difiża nfurmat lill-Maġistrat Victor Asciak li bejn nhar it-Tnejn li ġej u t-Tnejn ta’ wara Schembri mhux se jkun f’pożizzjoni li jattendi għal seduta, minħabba li ngħata l-permess minn Qorti oħra biex isiefer.
Il-Maġistrat Asciak ried jara kopja tar-rikors milqugħ biex ikun ċert li ngħatat tali deżiżjoni. Wara li aċċerta ruħu li dan hu l-każ, huwa ħalla l-każ għall-istess ġurnata qabel iħalli lil Malta, biex ma jintilifx żmien. Schembri qed jiffaċċja akkużi separati minn Lulju li għadda b’rabta mal-involviment tiegħu bħala kuntrattur tal-bini f’Kordin li ġġarraf f’Diċembru 2022 u ħasad il-ħajja taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia.
//= $special ?>