Uffiċjali f’Iżrael u l-Ġermanja kundannaw lill-President Palestinjan Mahmoud Abbas dwar antisemitiżmu minħabba l-kummenti tiegħu dwar il-Lhud u l-Olokawst tan-Nażisti waqt it-Tieni Gwerra.
Abbas qal li l-eksdittatur Nażista Adolf Hitler kien ordna l-qtil massiċċ tal-Lhud minħabba ‘ir-rwol soċjali’ tagħhom ibbażat fuq is-self tal-flus lil ħaddieħor aktar milli għal xi sens ta’ animosità għall-Ġudaiżmu.
Kelliema uffiċjali għal Iżrael u l-Ġermanja wieġbu li l-istorja turi biċ-ċar li l-Olokawst issarraf fil-miljuni tal-imwiet u li hi ħaġa kundannabbli li wieħed jipprpva jagħti versjoni differenti biex iċajpar il-verità.
Dan waqt li Iżrael u l-Ġermanja qed jaħdmu flimkien biex jippreżentaw memorja preċiża u dinjituża tal-vittmi ta’ Adolf Hitler, li kien uża lill-komunitajiet tal-Lhud bħala l-kaġun tal-gwaj soċjali fil-Ġermanja qabel u waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.
//= $special ?>