Festi Lokali

Jingħata bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Vitorja

Bħal ma jsir kull sena, Jum il-Vitorja, li jkun iċċelebrat fit-8 ta’ Settembru, tfakkar b’serata kommemorattiva quddiem il-monument fi Pjazza L-Assedju l-Kbir, fil-Belt Valletta.

Ritratt ta’ Matthew Tabone

F’dan il-jum titfakkar kemm ir-rebħa tal-Maltin u lta-Ordni ta’ San Ġwann fl-Assedju l-Kbir tal-1565, magħruf bħala fost l-aktar assedji imdemmija li qatt seħħew, kif ukoll it-tmiem tal-assedju fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Matul iċ-ċerimonja tal-Erbgħa – li kellha issir f’verżjoni ridotta minħabba l-maltemp – tpoġġew kuruni ta’ fjuri mill-awtoritajiet tal-pajjiż.

Ritratt ta’ Matthew Tabone

L-Assistent Whip tal-Grupp Nazzjonalista, Paula Mifsud Bonnici, poġġiet il-kuruna f’isem l-Oppożizzjoni. Filwaqt li l-President tal-Eżekuttiv, Joseph Grech, preżenta kuruna ta’ fjuri f’isem il-PN.

Ritratt ta’ Matthew Tabone

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Vitorja ikomplu l-Ħamis b’Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta’ Marija Bambina, fin-Naxxar… filwaqt li l-Ġimgħa f’jum il-Vitorja ssir ir-Regatta tradizzjonali tal-Vitorja.

Tags