Pedro Augusto Charret ta’ 32 sena ċittadin Brażiljan ġie kkundannat tmien snin ħabs wara li ammetta flok għadda ġuri li sentejn ilu mporta f’Malta tliet kilogrammi cannabis. Ir-raġel kien arrestat fl-ajruport ta’ Malta il-Ħadd, 27 ta’ Ġunju, 2021 wara li uffiċjali tad-dwana kienu sabulu d-droga fil-bagalja. tiegħu.
Charret, li kien qed jivvjaġġa lejn Malta minn Barċellona, twaqqaf mal-wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u kellu l-bagalji ċċekkjati. Uffiċjali tal-ajruport skoprew kompartiment moħbi ġewwa l-bagalja tiegħu, ippakkjata b’sustanza ħadra suspettuża li wara rriżulta li kienet ħaxixa tal-cannabis.
Il-pulizija kienet issejħet fuq il-post u s-suspettat ittieħdet arrestat. Ir-raġel kien ġie skortat il-Qorti u jumejn wara, wieġeb mhux ħati tal-importazzjoni u l-pussess tad-droga taħt ċirkostanzi li jindikaw li ma kinitx maħsuba biss għall-użu personali.
L-Ispettur Steven Ryan Micallef kien ressaq lil Charret li kellu jgħaddi ġuri quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Minbarra tmien snin ħabs hu kien immultat €25,000. L-Imħallef Scerri Herrera ordnat ukoll il-konfiska tal-assi mobbli u immobbli tiegħu.
Il-Qorti qieset diversi fatturi meta wasslet għall-piena anke l-fatt li huwa ammetta l-akkużi mi’jubin kontrih. Xhieda ta’ Dr Godwin Sammut, espert tal-Qorti li esebixxa r-rapport tiegħu quddiem il-Qorti ta’
Maġistrati bħala Qorti ta’ Inkjesta Kriminali, kien ikkonkluda li s-sustanza hija tetrahydrocannabinol, bil-piż totali tal-blanzuni ħodor kien tliet kilos u l-purità ta’ THC kienet ta’ madwar 22%.
Il-Qorti ordnat ukoll ordnat ukoll il-qerda tal-oġġetti kollha esebiti fil-Qorti, li jikkonsistu fil- drogi perikolużi jew oġġetti relatati mal-abbuż tad-drogi, liema qerda għandha tkun mwettqa mill-Assistent Reġistratur tal-Qorti Kriminali, taħt id-diret superviżjoni tad-Deputat Reġistratur ta’ din il-Qorti li jkun marbut li jirrapporta f’kitba lil din il-Qorti meta din il-qerda tkun tlestiet, kemm-il darba l-Avukat
Ġeneral jippreżenta nota fi 15-il jum li jiddikjara li l-imsemmija drogi huma meħtieġa bħala evidenza kontra terzi persuni.


