Lokali

Żgħażagħ Maltin u Għawdxin waqt il-ġimgħa Ewropea għaż-żgħażagħ fi Brussell

“Nemmnu fl-Ewropa għax nemmnu li nistgħu ntejbu il-ħajja tan-nies u nfasslu futur aħjar flimkien.”

Il-messaġġ li għaddiet il-President tal-Parlament Ewropew u MEP eletta f’isem il-PN Roberta Metsola lil aktar minn 700 żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar l-Ewropa fi plenarja ippakkjata fi Brussell. Huma kienu qed jieħdu sehem waqt il-ġimgħa ewropea għaż-żgħażagħ organizzata mill-Partit Popolari Ewropew.

Il-President Metsola qalet li dan is-sens ta’ tama kien dak li ħeġġeġ lil Maltin iħarsu lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea 20 sena ilu għaliex toffri tama. Fakkret li t-triq għal  l-istess kif qed jissieltu popli oħra li jridu jkunu membri tal-proġett Ewropew.

Appellat biex iż-żgħażagħ isemmgħu leħinhom dwar dak li jemmnu fiħ u fuq kollox jivvutaw fl-elezzjonijiet. Tħallux lil min jiddeċiedi f’isimkom. Intkom għandkom is-saħħa li twettqu il-bidliet li tridu taraw saħqet il-President Metsola.  

Iż-żgħażagħ ħadu sehem f’numru ta’ sessjonijiet li fihom kellhom iċ-ċans li jiddiskutu u jsemmgħu l-ideat tagħhom dwar kif l-Ewropa tistà ttejjeb il-ħajja tan-nies fis-snin li ġejjin. Tnejn miż-żgħażagħ Maltin – Tommy Wallbank u Ella Micallef Darmenia klassifikaw fost l-aqwa tliet żgħażagħ li ħarġu bi proposti tajbin fost is-700 parteċipant.

Il-grupp ta’ 16-il żagħżugħ u żagħżugħa minn Malta u Għawdex kien jinkludi lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Huma kellhom laqgħa mal-President Roberta Metsola u l-kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fl-istituzzjoni Ewropea David Casa.

Iż-żgħażagħ kienu mistiedna għal-laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fl-istituzzjoni Ewropea David Casa. Huma iltaqgħu ukoll mas-segretarju ġenerali tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew Simon Busuttil.