Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Jonas Vingegaard jirbaħ it-13-il stadju ta’ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

Ir-rebbieħ tat-Tour De France Jonas Vingegaard rebaħ it-13-il stadju ta’ La Vuelta fi Spanja.

Dan l-istadju kien ta’ 135km u l-bidu tiegħu kien minn Huesca la Magia, biċ-ċiklisti jieqfu f’Col du Tourmalet, tellieqa qalb il-muntanji u bosta għoljiet li hija kkunisdirata bħala waħda mill-itqal stadji tal-kompetizzjoni.

Iċ-ċiklist ta’ Jumbo-Visma temm fl-ewwel post, segwit minn sħabu ta’ l-istess skwadra Sepp Kuss u Primoz Roglic rispettivament.

L-Amerikan Sepp Kuss żamm l-ewwel post fil-klassifika ġenerali, b’ Primoz Roglic u Jonas Vingegaard ikunu ftit iktar minn total ta’ minuta u nofs ‘l bogħod minn Kuss.

Iċ-champion kurrenti Remco Evenpoel kien qiegħed fit-tielet post fil-klassifika ġenerali qabel il-prestazzjoni diżappuntanti tiegħu fit-tellieqa tal-lum.