Ifaħħar lit-tobba u l-infermieri Maltin tas-servizz mediku tagħhom. Dan wara li waqa’ minn gallarija waqt li kien fuq btala f’Malta.
Paul Cartwright, raġel ta’ 49 sena, waqa’ erba’ sulari lura f’Awwissu tal-2019, meta kien btala f’pajjiżna. Fejn daħal f’coma, wara li kellu diversi ksur f’ġismu, inkluż f’dahru.
Hu, meta tkellem mal-midja fir-Renju Unit, faħħar is-servizzi mediċi li joffru t-tobba u l-infermieri Maltin, hekk kif stqarr li, li kieku ma kienx għas-servizzi tal-emerġenza Maltin, hu ma kienx isalva dan l-inċident.
Madanakollu, hu tenna li minkejja li sab ħafna għajnuna mill-professjonisti mediċi f’pajjiżna, xorta waħda sab ruħu f’diffikultà kbira, hekk kif kien barra minn pajjiżu u l-bogħod mill-familja tiegħu. U huwa għalhekk, li saqsa għall-għajnuna fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
Intant, DJ magħruf fir-Renju Unit rreferih għall-DJ Pollakk li joqgħod Malta. Hu kompla jgħid, kif id-DJ Pollakk, Mr Root, kien imur iżuru l-isptar filwaqt li jieħodlu diversi affarijiet li kellu bżonn waqt li hu kien qiegħed rikoverat l-isptar.
Madanakollu, Cartwright u Mr Root, baqgħu f’kuntatt flimkien, hekk kif is-sena li għaddiet waqqfu record label bl-isem ta’ Proper Decent Choons, fejn qed joħolqu mużika ġdida flimkien.

Ritratti: This is Local London
//= $special ?>