Illum fil-Port il-Kbir issir edizzjoni oħra tar-Regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Vitorja. F’din l-edizzjoni mistennija tiġġedded ir-rivalità tat-tlett ibliet hekk kif id-distretti tal-Birgu, Bormla u l-Isla huma t-tliet sfidanti ewlenin għar-rebħ tax-Shield.
Id-distretti parteċipanti baqgħu tmienja jiġifieri Birgu, Birżebbuġa, Bormla, Isla, Kalkara, Marsa, Marsamxett u Siġġiewi. Fil-maġġoranza tat-tlielaq saru diversi bidliet fl-ekwipaġġi mir-Regatta ta’ Marzu li għadda.
Il-programm baqa’ l-istess bħal tal-aħħar edizzjonijiet iżda l-ewwel tellieqa se tibda fil-11.30am bl-għan li jiġi evitat maltemp li mistenni jolqot lill-pajjiżna aktar tard illum. It-tellieqa tan-nisa tkun l-ewwel waħda fil-programm, b’ħames tlielaq kull wieħed fil-Kategorija B u l-Kategorija Open jalternaw ma’ xulxin.
F’Kategorija B, diversi distretti għamlu bidliet minn Marzu li għadda fil-maġġoranza tat-tlielaq. Kull klabb se jikkompeti fit-tlielaq kollha b’eċċezzjoni tas-Siġġiewi li mhux se jieħdu sehem fil-Frejgatini filwaqt li l-Marsa se jikkompetu biss f’tellieqa waħda.
Ħarsa lejn il-Kategorija Open
Fatt interessanti hu li l-ekwipaġġi rebbieħa fil-Kategorija Open fir-Regatta ta’ Marzu li għadda, kollha ġew konfermati. L-Isla għandhom mira ċara li kif għamlu f’Marzu, itemmu n-nixfa ta’ suċċess fir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja.
Fl-ewwel tellieqa ta’ din il-kategorija jiġifieri Tal-Pass b’żewġ imqadef mistenni dwell bejn il-Birgu, Bormla u l-Isla. Sena ilu ħarġu rebbieħa Bormla iżda f’Marzu li għadda ħarġu rebbieħa l-Isla wara inċident li kien hemm bejn Bormla u l-Birgu.
Fil-Frejgatini jibdew favoriti Clyde Mizzi u Davison Micallef li bdew it-triq tar-rebħ mal-Kalkara qabel f’Marzu li għadda qadfu mal-Isla. Koppja oħra li tibda favorita li tirbaħ hi l-koppja leġġendarja ta’ Bormla magħmula minn Clive Casha u Dennis Thornton fid-dgħajsa Tal-Pass ta’ bit-Tnejn.
Dwell missielet għandu jkun fit-tellieqa tal-Kajjikki. Jekk il-koppja li rebħet f’Marzu li għadda jiġifieri Davison Micallef u Andre Gauci tal-Isla se jerġgħu jaqdfu, daqstant ieħor huma l-koppja Christian Camilleri u Nigel Sant. Dawn iż-żewġ qaddiefa rebħu sena ilu wkoll mal-Isla u f’Marzu li għadda tellqu mal-Birgu u spiċċaw it-tieni.
Taqtigħa simili hi fl-aħħar tellieqa Tal-Pass b’Erbgħa li normalment tiddeċiedi r-rebbieħ. Sena ilu t-tellieqa ntrebħet minn Bormla iżda l-Isla ħarġet rebbieħa f’Marzu li għadda. L-aħħar żewġ ekwipaġġi rebbieħa għadhom l-istess u għalhekk mistennija taqtigħa bejniethom flimkien mad-dgħajjes tal-Birgu u l-Marsa li żammew l-istess ekwipaġġi ta’ Marzu li għadda.
Il-lista tal-qaddiefa fit-tlielaq kollha
Tellieqa tan-nisa
1. Kalkara – Rebecca Fitz, Narkesha Mizzi (Faith Gilford – coxwain)
2. Birgu – Shazel Grima, Glynis Mizzi (Ishmael Frendo – coxwain)
3. Isla – Brooke Stivala, Aaliyah Bonello (Dale Scicluna – coxwain)
4. Siġġiewi – /
5. Bormla – Rachelle Gialanze, Nadine Vella (Matthew Mifsud – coxwain)
6. Marsamxett – Britney Camilleri, Irene Busuttil (Zven Mallia – coxwain)
7. Birżebbuġa – Jade Cachia, Kenzie-Kim Abela (Elise Calleja – coxwain)
8. Marsa – /
L-ewwel tellieqa – Kategorija B – Tal-Pass b’żewġ imqadef
1. Kalkara – Gilmore Buttigieg, Godwin Buttigieg
2. Marsamxett – Nathan Bonello, Peter Cremona
3. Bormla – Charvon Gatt, Cleaven Falzon
4. Birżebbuġa – Emman Joe Borg, Manuel Magro
5. Marsa – /
6. Siġġiewi – Gerald Micallef, Jean Pierre Debono
7. Isla – Marlon Cutajar, Kevin Camilleri
8. Birgu – Darren Bartolo, Luke Ciantar
It-tieni tellieqa – Kategorija A – Tal-Midalji
1. Marsa – Dirk Attard, Emerson Farrugia, Clyde Debattista, Charles Gauci
2. Birgu – Owen Zammit, Antoine Brignone, Wayne Xuereb, Sven Refalo
3. Isla – Redeemer Rapa, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Andre Gauci
4. Siġġiewi – Byron Falzon, Anthony Viacava, Benjamin Abela, Christian Frendo
5. Bormla – Maximilian Mamo, Clive Casha, Dennis Thornton, Romario Brignone
6. Birżebbuġa – /
7. Kalkara – /
8. Marsamxett – Axel Degiorgio, Lawrence Ciantar, Shylon Gauci, Yannick Pace
It-tielet tellieqa – Kategorija B – Kajjiki
1. Bormla – Mel Magro, Damien Attard
2. Birżebbuġa – Kensley Ciantar, Spiridione D’Amato
3. Marsa – /
4. Isla – Steven Dalli, Kevin Camilleri
5. Marsamxett – Kyle Spagnol, Jimmy Falzon
6. Siġġiewi – Joseph Grima, Kurt Cassar
7. Birgu – Nayden Casha, Jayden Fisher
8. Kalkara – Christian Bugeja, Kurt Vassallo
Ir-raba’ tellieqa – Frejgatini Kategorija A
1. Siġġiewi – /
2. Marsa – Owden Caruana Smith, Cayvon Gatt
3. Marsamxett – Dusty Cassar, Deacon Abela Wilson (Andrew – coxwain)
4. Kalkara – Rhys Fiteni, Jean Claude Cassar (Theon Pace – coxwain)
5. Birżebbuġa – Christian Degiovanni, Dion Caruana (Carly Cauchi Gerada – coxwain)
6. Isla – Clyde Mizzi, Davison Micallef (Melvana Micallef – coxwain)
7. Bormla – Elton Azzopardi, George Frendo (Eli Kane Grima – coxwain)
8. Birgu – Kieron Zammit, Antoine Brignone (Logan Cutajar – coxwain)
Il-ħames tellieqa – Kategorija B – Tal-Midalji
1. Marsamxett – Jacob Dalli, Lawrence Ciantar, Kevin Attard, Clint Mizzi
2. Marsa – /
3. Siġġiewi – Ivan Cassar, Joseph Grima, Kurt Cassar, Kieran Bonnici
4. Isla – Coultan Buhagiar, Clayton Azzopardi, Luke Farrugia, Stoyan Sciberras
5. Birgu – Edilson Aquilina, Neil Zerafa, Loran Zarb, Jonathan Falzon
6. Birżebbuġa – Brolin Genovese, Kensley Ciantar, Spiridione D’Amato, Denilson Long
7. Kalkara – Jonathan Piscopo, Gilmore Buttigieg, Dorian Cilia, Clyde Aquilina
8. Bormla – Matthia Calleja, Charvon Gatt, Cleaven Falzon, Denzel Thornton
Is-sitt tellieqa – Kategorija A – Tal-Pass ta’ bit-Tnejn
1. Birgu – Clyde Cutajar, Clayton Darmanin
2. Marsamxett – Juan Farrugia, Matthew Micallef
3. Isla – Glenn Zammit, Russell Bugeja
4. Marsa – Redeemer Zammit, Adrian Schembri
5. Birżebbuġa – /
6. Kalkara – /
7. Bormla – Clive Casha, Dennis Thornton
8. Siġġiewi – Gerald Micallef, Benjamin Abela
Is-seba’ tellieqa – Kategorija B – Frejgatini
1. Bormla – Mel Magro, Matthia Calleja (Ezekiel Chetcuti – coxwain)
2. Kalkara – Kohath Mallia, Ryan Degiorgio (Keon Degiorgio – coxwain)
3. Isla – Matthew Dalli, Steven Dalli (Luca Azzopardi – coxwain)
4. Birgu – Shaun Farrugia, Frans Degiorgio (Kian Degiorgio – coxwain)
5. Birżebbuġa – Brolin Genovese, Nicholas Paris (Zylen Barbara Borg – coxwain)
6. Siġġiewi – /
7. Marsa – Owden Caruana Smith, Cayvon Gatt
8. Marsamxett – Jacob Dalli, Jesmond Debattista (Zven Mallia – coxwain)
It-tmien tellieqa – Kategorija A – Kajjiki
1. Isla – Davison Micallef, Andre Gauci
2. Kalkara – Jean Claude Cassar, Joseph Pace
3. Birgu – Christian Camilleri, Nigel Sant
4. Bormla – Maximilian Mamo, Romario Brignone
5. Birżebbuġa – Kayden Aquilina, Ismael Darmanin
6. Marsa – Emerson Farrugia, Ericson Lia
7. Marsamxett – Axel Degiorgio, Shylon Gauci
8. Siġġiewi – Ivan Cassar, Kurt Cassar
Id-disa’ tellieqa – Kategorija B – Tal-Pass b’Erbgħa
1. Marsa – /
2. Marsamxett – Lino Fabri, Nathan Bonello, Peter Cremona, Gilbert Grech
3. Birżebbuġa – Gino Viacava, Emman Joe Borg, Manuel Magro, Ronaldo Grima
4. Bormla – Mel Magro, Charvon Gatt, Cleaven Falzon, Damien Attard
5. Isla – Coultan Buhagiar, Clayton Azzopardi, Ainsley Bonello, Stoyan Sciberras
6. Birgu – Larry Lagana, Owen Galea, Loran Zarb, Kurt Ellul
7. Kalkara – Jonathan Piscopo, Gilmore Buttigieg, Clifford Bugeja, Malcolm Vella
8. Siġġiewi – Anthony Viacava, Eman Pisani, Jean Pierre Debono, Kieran Bonnici
L-għaxar tellieqa – Kategorija A – Tal-Pass b’Erbgħa
1. Isla – Redeemer Rapa, Glenn Zammit, Russell Bugeja, Andre Gauci
2. Bormla – Maximilian Mamo, Clive Casha, Dennis Thornton, Jurgen Camilleri
3. Kalkara – Owen Said, Kohath Mallia, Jake Galea, Jason Debono
4. Marsa – Dirk Attard, Redeemer Zammit, Adrian Schembri, Sean Schembri
5. Birgu – Owen Zammit, Clyde Cutajar, Clayton Darmanin, Sven Refalo
6. Marsamxett – Clifton Camilleri, Juan Farrugia, Matthew Micallef, Yannick Pace
7. Siġġiewi – Byron Falzon, Gordon Bonnici, Wayne Cassar, Kieran Bonnici
8. Birżebbuġa – /
//= $special ?>