Lokali Sport

Jegħrqu erba’ dgħajjes waqt tellieqa tar-Regatta; l-ebda qaddief ma jsofri minn xi ġrieħi

Matul tellieqa tar-Regatta bejn Bormla, Birgu, il-Marsa u l-Isla, l-erba’ dgħajjes spiċċaw għerqu minħabba l-kurrent li kellhom jaffaċjaw.

Dawn l-inċidenti saru waqt it-tellieqa tal-midalji fejn id-dgħajjes li kienu qed jirrapreżentaw kull lokalità spiċċaw imtlew bl-ilma baħar tant li għerqu kompletament, bil-qaddiefa jispiċċaw fil-baħar. Fortunatament, l-ebda persuna ma sofriet minn xi ġrieħi.

Jidher li d-dgħajjes ta’ Bormla u ta’ Birgu għerqu wara li spiċċaw it-tellieqa, bid-dgħajjes tal-Marsa u l-Isla kellhom jieqfu wkoll hekk kif matul il-qdief, qabel biss waslu sat-tmiem, dawn ukoll għerqu.

Fid-dgħajjes tal-Midalji jkun hemm erba’ qaddiefa għal kull distrett.