Internazzjonali

L-ishma ta’ Apple jinżlu għat-tieni jum konsekuttiv wara li l-Gvern Ċiniż ipprojbixxa l-użu tal-iPhones

L-ishma ta’ Apple qed jieħdu daqqa ta’ ħarta ‘l isfel wara li l-Gvern Ċiniż ipprojbixxa l-użu tal-iPhones għall-ħaddiema tal-Gvern.

Il-valur fis-suq niżel għal iktar minn 6%, li tfisser madwar $200 biljun, fl-aħħar jumejn.

Iċ-Ċina hi t-tielet l-akbar fis-suq tat-teknoloġija tant li tammonta għal 18% tat-total tad-dħul tas-sena l-oħra.