Atletika Sport

Mo Farah jipprepara għall-aħħar tellieqa tal-karriera tiegħu

(Ritratt: EPA)

L-erba’ darbiet champion Olimpiku Mo Farah qiegħed jipprepara sabiex jikkompeti fl-aħħar tiġrija fil-karriera impressjonanti tiegħu. L-atleta Brittaniku se jkun qiegħed jieħu sehem fil-Great North Run nhar il-Ħadd li ġej.

Mo Farah huwa l-iktar atleta li temm fl-ewwel post f’din it-tellieqa, b’total ta’ 6, u kien lura fl-2014 fejn rebaħ l-ewwel tellieqa tiegħu f’din il-kompetizzjoni meta għeleb lil Mike Kigen.

Is-sena 2014 kienet mimlija suċċessi għal Mo Farah, hekk kif ħafna jikkunsidraw din is-sena bħala l-aqwa sena fil-karriera tiegħu, speċjalment fl-Olimpjadi bil-prestazzjoni tiegħu f’Rio De Janeiro, fejn hemm rebaħ it-tieni medalja tad-deheb tiegħu.

L-ewwel medalja tad-deheb tiegħu waslet fl-Olimpjadi tal-2012 f’Londra.

Għada se tkun l-aħħar tiġrija uffiċjali li Mo Farah se jkun qiegħed jikkompeti fiha, bl-ateta ta’ 40 sena jagħti tmiem għall-avventura finali tiegħu din is-sena, fejn ħa sehem f’tiġrijiet ikoniċi f’Manchester u f’Londra sabiex ikkonkluda l-karriera glorjuża tiegħu.