Għal darb’oħra, il-midja tal-Gvern Laburista spiċċat fil-mira ta’ kummenti ta’ nies jikkundannaw artiklu li ġie ppubblikat dwar l-impjiegi f’pajjiżna.
It-titlu tal-artiklu kien wieħed sempliċi: Malta bl-ikbar żieda fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea… liema titlu ġab rabja kbira fost il-Maltin u l-Għawdxin.
Fost dawk li kkummentaw fuq dan l-artiklu kien hemm persuna partikolari li qalet li dawn l-impjiegi qed imorru għand il-barranin, bil-Malti qed jibqa’ jbati l-ġuh.
Fil-fatt, fl-aħħar jiem ħareġ minn ċifri tal-Eurostat li l-familji Maltin għadhom qed jaffaċjaw inflazzjoni u prezzijiet li huma ferm ogħla mill-medja taz-Zona Ewro. L-istatistika turi li għalkemm fuq Ġunju kien hemm tnaqqis fir-rata tal-inflazzjoni, il-prezzijiet f’Malta xorta għadhom piż kbir fuq il-ħaddiema, l-anzjani u l-familji; partikolarment il-prezz tal-prodotti bażiċi tal-ikel.
Kumment ieħor taħt l-artiklu jgħid li s-sit onenews kellu jirraporta wkoll x’inhi l-medja tal-għola pagi hekk kif ħafna Maltin u Għawdxin mhux jaqilgħu biżżejjed biex jgħixu ħajja komda. Kumment ieħor li ġibed l-attenzjoni li dawn il-ħafna impjiegi jfissru biss ħaddiema li qed jaqilgħu €5 jew inqas fis-siegħa.
Kumment wara l-ieħor li juri kemm il-midja Laburista mhix qed titwemmen hekk kif artiklu wara l-ieħor li jiġi ppubblikat, ikollu baraxx ta’ kummenti bi kritika lejn il-kitba tal-istess midja.
//= $special ?>