Thyis Antonelli, li għadha kemm għalqet 15-il sena, ingħatat l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Awwissu. Din hija l-ewwel darba li dan l-unur qed jingħata lil Thyis Antonelli u l-ewwel darba wkoll li qed jiġi premjat atleta mill-Malta Karate Federation.
Thyis Antonelli uriet l-kapaċitajiet tagħha fit-tieni edizzjoni tal-International Sport School Federation (ISF) U15 Gymnasiade 2023 Games li saru bejn il-21 u s-27 ta’ Awwissu f’Rio de Janeiro, fil-Brażil.
Aktar minn 2000 atleta ta’ bejn it-13 u l-15-il sena ħadu sehem fi tmintax-il dixxiplina sportiva, f’dawk li huma magħrufa wkoll bħala l-World School Sports Games. F’kompetizzjonijiet bħal dawn ma jonqosx li jkun hemm atleti ta’ livell għoli fid-dixxiplini rispettivi tagħhom.
Antonelli ħadet sehem fl-kategorija tal-kadetti ta’ taħt il-15-il sena u l-fuq minn 54 kilo, fejn uriet ħila u determinazzjoni li bihom spiċċat l-ewwel post fil- grupp.
Fil-finali hija għelbet lill- avversarju tagħha mill-Istati Uniti bl-iskor impressjonanti ta’ 8-1, li fisser midalja tad-deheb storika bħala l-ewwel atleta Maltija li kisbet dan is-suċċess waqt l-ISF Gymnasiade Games. Thyis Antonelli bħalissa qed tip- prepara flimkien ma’ Team Malta għall-Kampjonati tal- Karate għall-Pajjiżi Żgħar tal- Ewropa li se jsiru aktar tard dan ix-xahar fil-Lussemburgu.
It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Awwisu 2023 flimkien mal-voucher t’abbiljament sportiv abbinat ma’ dan il-premju ġew ippreżentati lil Thyis Antonelli minn Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta’ Atlas Insurance. F’isem l-Għaqda Ġurnalisti Sports kien hemm preżenti l-Membru tal-Kumitat Eżekuttiv Mark Muscat u l- Amministratur Stephen Azzopardi.
Dan il-premju ta’ kull xahar jingħata b’inizjattiva konġunta tal-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Atlas Insurance.
Il-panel li jiġġudika r-rebbieħa ta’ dan il-premju jieħu nota tas- suċċessi miksuba matul dak ix- xahar u fl-istess ħin jistieden lill-assoċjazzjonijiet u federazzjoni- jiet sportivi sabiex jibagħtu n- nomini tagħhom. In-nominati li jiġu evalwati jridu jkunu taħt il- 21 sena.
In-nominazzjonijiet għandhom jaslu b’imejl lil info@maltas- portsjournalists.com.
Ir-regolamenti ta’ dan l-unur jinsabu fuq is-sit elettroniku tal- Għaqda Ġurnalisti Sports li hu www.maltasportsjournalists.com