Lokali

Tingħata bidu għall-ġimgħa tal-EuroPride f’pajjiżna

Il-bierah ngħata bidu għall-attivitajiet tal-EuroPride, attivitajiet bl-iskop li jiżdied l-għarfien dwar il-komunità LGBTIQ+.

F’attività fl-MFCC f’Ta’Qali saret il-bidu tad-29 edizzjoni tal-EuroPride. Tibdil fil-programm sar hekk kif pajjiżna ntlaqat minn maltemp u riħ qawwi, bil-ftuħ uffiċjali tal-EuroPride issa ġie trasferit għall-MFCC biex ma jitħarbatx.

Il-kumplament tal-attivitajiet mistennija li jsiru fil-Pride Village tal-MFCC. Il-qofol ta’ dan kollu jintlaħaq fis-16 ta’ Settembru hekk kif se tkun organizzata il-Pride March. U wara, se jkun hemm il-kunċert tant mistenni fejn fost l-oħrajn se tieħu sehem il-kantanta ta’ fama internazzjonali Christina Aguilera.