Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara inċident bejn karozza u mutur f’Tas Sliema

Indjan ta’ 21 sena residenti Ħal Qormi weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur f’Tas Sliema.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa waranofsinhar għall-ħabta tas-12:45 fi Triq it-Torri Tas Sliema.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 57 sena residenti Tas Sliema u mutur misjuq miż-żagħżugħ Indjan.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.