L-Ingilterra kienet miżmuma fi draw ta’ 1-1 mill-Ukrajna f’logħba li ntlagħbet fil-grawnd newtrali ta’ Wroclow fil-Polonja.
Din kienet waħda minn żewġ logħbiet li ntlagħbu lbieraħ mill-grupp li fih hemm ukoll Malta.
Iż-żewġ goals li ddeċidew dan il-konfront kienu skorjati fl-ewwel taqsima fejn kien Zinchenko li fetaħ l-iskor għall-Ukrajna u Kyle Walker kiseb id-draw għall-Ingilterra li b’hekk waqqgħu l-ewwel punti tagħhom fil-grupp.
Fil-logħba l-oħra fi Skopje diżappunt ieħor għall-Italja li kienu miżmuma draw mill-Maċedonja Ta’ Fuq, riżultat li issa jfisser li l-Italja qed jirriskjaw serjament l-eliminazzjoni.
L-Italja għall-ewwel darba taħt it-tmexxija ta’ Spalletti, marru minn fuq b’daqqa ta’ ras ta’ Immobile fil-bidu tat-tieni taqsima iżda Bardhi kiseb id-draw direttament minn freekick.
Rebħa kbira kisbu l-Iżvezja barra minn darhom fejn f’Tallinn skorjaw ħamsa kontra l-Estonja.
Għall-Iskandinavi goals ta’ Gyokeres, Kulusevski u Isak fl-ewwel taqsima u tnejn oħra ta’ Quaison u Claesson wara l-intervall.
Il-Belġju kisbu rebħa minima f’Baku kontra l-Azerbaijan grazzi għal goal ta’ Carrasco fit-38 minuta.
Riżultati
Azerbaijan v Belġju 0-1
Andorra v Belarus 0-0
Estonja v Żvezja 0-5
Ukrajna v Ingilterra 1-1
Kosovo v Żvizzera 2-2
Maċedonja v Italja 1-1
Rumanija v Iżrael 1-1
//= $special ?>

