Il-winger Brażiljan ta’ Manchester United qal li se jkun qed jittardja r-ritorn tiegħu ma’ Manchester United wara l-waqfa internazzjonali. Dan sabiex jindirizza alleggazzjonijiet ta’ abbuż fuq l-eks sieħba tiegħu.
Antony tħalla barra mill-iskwadra tal-Brażil minkejja li ġie magħżul aktar qabel wara li Gabriela Cavallin allegat li meta kienet f’relazzjoni miegħu hu kien sawwatha. Antony innega dawn l-allegazzjonijiet u f’intervistà fuq stazzjoni televiżiv Brażiljan hu qal li huwa nnoċenti minkejja li ammetta li kellu argmumenti jaħarqu ma’ Cavallin.
Intant sakemm ma jkunx arrestat jew imressaq quddiem l-qorti b’dawn l-allegazzjonijiet, Antony xorta waħda se jibqa’ jitħallas l-paga sħiħa minn Manchester United dan wara li l-plejer laħaq ftehim mal-klabb biex isolvi s-sitwazzjoni tiegħu.
//= $special ?>