Antonio Mangion ta’ 38 sena minn Ħaż-Żabbar spiċċa f’inkwiet legali wara li nstab li kien fis-sakra waqt il-festa ta’ Ħaż-Żabbar.
Mangion iffaċċja akkużi li kiser ordni tal-Qorti, meta kien ordnat li jibqa’ d-dar matul il-lejl. Dawn il-kundizzjonijiet kienu ġew imposti fuqu mill-Qorti wara l-ħelsien mill-arrest sentejn ilu.
Fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, huwa allegatament intlemaħ fi Triq is-Santwarju f’Ħaż-Żabbar, liema azzjoni wasslet għal akkużi li kiser l-ordni tal-Qorti.
Barra minn hekk, Mangion kien mixli li sfida ordnijiet minn Spettur u Surġent, kif ukoll li kiser il-paċi pubblika u li kien reċidiv.
Minkejja l-akkużi, Mangion wieġeb mhux ħati. Madankollu, id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, u sussegwentement Mangion ittieħed il-ħabs.
//= $special ?>