It-tennista Amerikana Coco Gauff rebħet l-ewwel Grand Slam uffiċjali tagħha meta fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti fi Flushing Meadows għelbet lil Aryna Sabalenka 2-6 6-3 6-2.
Gauff kellha bidu xi ftit diffiċli wara li tilfet l-ewwel set iżda rkuprat fis-sets ta’ wara biex b’hekk rebħet l-ewwel Grand Slam tagħha fl-età ta’ 19-il sena. F’kummenti wara l-partita, hi qalet li kienet tinsab f’xokk wara din ir-rebħa.
Sabalenka minn naħa tagħha se jkollha tistenna sakemm tirbaħ it-tieni Grand Slam tal-karriera tagħha wara li aktar kmieni rebħet dak tal-Awstralja iżda xorta waħda se titla’ fl-ewwel post fir-rankings filwaqt li Gauff se tkun qed titla’ fit-tielet post.
Coco Gauff uriet l-potenzjal tagħha għall-ewwel darba fit-tournament ta’ Wimbledon tal-2019 fl-età ta’ 15-il sena fejn wara biss erba’ snin irnexxielha tirbaħ l-ewwel Grand Slam tagħha.
Intant matul il-lejl li ġej fil-finali tal-irġiel, Novak Djokovic se jkun qed jilgħab kontra Daniil Medvedev.
//= $special ?>