Birkirkara…………………1
FC Zurich ………………..3
Iċ-champions lokali Birkirkara tilfu l-finali kontra FC Zurich 3-1 ilbieraħ fis-Centenary Stadium, biex b’hekk kienu Zurich li għaddew minn Grupp 11 tal-UEFA Champions League tan-nisa.
Birkirkara kienu għelbu lil Breznica b’goal fl-aħħar sekondi meta l-Istripes kienu qed jilagħbu bi plejer inqas.
Fil-final tal-bieraħ il-bidu kien bilanċjat u Birkirkara anki appellaw għal dak li deher penalty f’wieħed mill-ftit attakki perikolżi tal-Istripes.
Mal-ħin Zurich bdew iżidu fil-logħob u ħadu l-inizjattiva u fl-34 minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ Piubel. Fit-tieni taqsima Zurich skorjaw darbtejn oħra biex għalqu l-logħba.
Kienet Vanessa Bernauer li skorjat it-tieni goal u Pinther skorjat it-tielet goal ħdax-il minuta mit-tmiem.
Birkirkara kienu ppremjati tal-wirja qalbiena tagħhom meta Francesca Chircop skorjat goal ta’ konsolazzjoni fl-94 minuta.
//= $special ?>