Futbol Sport

Hansi Flick jitkeċċa minn kowċ tal-Ġermanja

(Ritratt: EPA)

Matul il-jum tal-Ħadd l-FA Ġermaniża ħabbret li b’mod immedjat kienet qed tkeċċi lill-kowċ Hansi Flick wara li s-Sibt f’partita ta’ ħbiberija, l-Ġermanja tilfet bl-iskor ta’ 4-1 kontra l-Ġappun.

Flick sar l-ewwel kowċ li tkeċċa mill-kariga hekk kif il-Ġermanja tilfet l-aħħar erba’ minn ħames partita u kisbu biss 12-il rebħa fl-aħħar 25 partita taħt Flick.

Post Flick għall-partita ta’ ħbiberija ta’ nhar it-Tlieta kontra Franza se jkun qed jieħdu Rudi Voller li kien diġa mexxa lit-tim Ġermaniż bejn s-sena 2000 u l-2004 fejn se jkun assitit minn Hannes Wolf u Sandro Wagner, iżda mux qed ikun eskluż li l-FA Ġermaniża aktar il-quddiem taħtar kowċ permanenti ieħor.

Fis-sajf li ġej il-Ġermanja se tkun qed tospita l-Kampjonati Ewropej, bil-President tal-FA Ġermaniża Bernd Neuendorf qal li t-tim Ġermaniż jeħtieġ demm ġdid wara sensiela ta’ riżultati negattivi u jixtieq li t-tim ikun kunfidenti u ottimst għall-Kampjonati Ewropej.