Mietu talanqas 40 persuna b’kaġun ta’ splużjoni ‘jew splużjonijiet’ fil-qalba ta’ suq iffullat fiċ-ċentru ta’ Khartoum. Il-midruba f’dan l-attakk mifhuma li qabżu sew is-60 bl-investigazzjonijiet fl-inħawi qed ikomplu.
Xi rapporti mhumiex ikkonfermati qalu li d-dmija kienet dovuta għal attakk minn ajruplan militari li bumbardja lis-suq ta’ Quoro. Dan meta Khartoum jinsab mifni bil-ġlied bejn il-gruppi militari rivali li ilu għaddej minn April.
Kelliema għall-organizzazzjoni Medecins Sans Frontieres, li qed tagħmel xogħol umanitarju fis-Sudan, qalu li l-belt kapitali ( Khartoum) ilha għal dawn l-aħħar sitt xhur fi stat ta’ gwerra totali.
//= $special ?>