Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li wettaq hold-up f’ħanut f’Tal-Pietà

Frankie Bugeja ta’ 39 sena ffaċċja diversi akkużi serji fil-Qorti wara li ġie mixli li fl-4 ta’ Settembru li għadda wettaq hold-up f’ħanut tal-merċa fi Gwardamanġa, Tal-Pietà. Bugeja ġie mixli wkoll li żamm tliet individwi ostaġġi, li kellu arma u li hedded mara f’Ċentru tad-Detox.

Huwa ffaċċja wkoll akkużi talli kiser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ u sentenza ta’ ħabs sospiża. Bugeja li qali li ma jaħdimx, wieġeb mhux ħati. Huwa ġie arrestat fil-Belt Valletta, fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.

L-avukat tal-għajnuna legali Yanika Bugeja ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, u Frankie Bugeja nżamm arrestat. L-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia mexxew il-prosekuzzjoni.