L-eks-suldat – suspettat bħala terrorista – li, jiem ilu, irnexxielu jaħrab mill-ħabs ta’ Wandsworth se jitressaq il-qorti nhar it-Tnejn fejn se jkun akkużat b’relazzjoni mal-ħarba li qanqlet erbat ijiem ta’ tensjoni kbira sakemm hu inqabad nminn uffiċjal tal-pulizija pajżan.
Daniel Khalife, li għandu 21 sena, hu akkużat diġà bħala allegat spjun għal pajjiż – x’aktarx li l-Iran –li hu ostili għar-Renju Unit u b’li kien kiseb informazzjoni li kellha tkun utli għal xi ħadd li seta’ kien qed jaħseb biex iwettaq att ta’ terroriżmu fl-Ingilterra.
Intant, Khalife, li llum se jidher quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Westminster, qed jiċħad l-akkużi kollha miġuba quddiemu.
Il-ħarba tal-eks-suldat qajjmet diversi mistoqsijiet dwar il-livell tas-sigurtà fil-ħabs ta’ Wandsworth, bil-Ministru Britanniku għall-Ġustuizzja, Alex Chalk, jikkonferma li għaddejjin l-investigazzjonijiet bir-reqqa dwar iċ-ċirkustanzi ta’ dakinar ‘li kienu ħadmu favur Daniel Khalife’.
//= $special ?>