Jidher li riesqa fi tmiemha s-saga tal-President tal-FA Spanjola Luis Rubiales hekk kif il-Ħadd filgħaxija f’intervistà esklussiva fil-programm Piers Morgan Uncensored, qal li se jkun qed jirriżenja.
Il-każ ta’ Rubiales seħħ wara li hu bies lill-plejer Spanjola Jennifer Hermoso wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li ntrebħet minn Spanja fuq l-Ingilterra. Dan il-ġest qajjem reazzjoni qawwija kontra Rubiales, wara li hu għamel dan mingħajr l-kunsens ta’ Hermoso.
Bosta kienu dawk li talbu għar-riżenja ta’ Rubiales fl-aħħar ġimgħat, bit-tim Spanjol tan-nisa saħansitra jgħid li mhux se jilgħab partita oħra sakemm Rubiales idum fil-kariga.
//= $special ?>