Lokali

Mijiet jipparteċipaw fil-pellegrinaġġ tal-muturi u r-roti

Mijiet ta’ persuni minn tfal sa snzjani ħadu sehem fil-pellegrinaġġ li jsir ta’ kull sena f’Ħaż Żabbar. Kif inhi t-tradizzjoni, dawk li jieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ propju isuqu l-muturi u r-roti wara x-xbieha tal-Madonna tal-Grazzja.

Dan il-pellegrinaġġ huwa avveniment ferm popolari f’Ħaż Żabbar dan hekk kif il-Madonna tal-Grazzja hija wkoll il-patruna tas-sewwieqa ta’ muturi.

L-ewwel li waslu Ħaż Żabbar kienu l-muturi li telqu mill-Mosta u ftit wara waslu r-roti li telqu mir-Rabat.

F’kummenti ma’ Net News l-Arċipriet ta’ Ħaż Żabbar Dun Roderick Camilleri spjega aktar dwar is-sinifikat ta’ dan il-pellegrinaġġ.

Huwa spjega kif dan il-pellegrinaġġ beda fl-1951 u kull sena kompla jikber hekk kif illum il-ġurnata mijiet ta’ persuni jkunu ferm ħerqanin sabiex jieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ.

Minn naħa tiegħu l-Viċi-Arċipriet ta’ Ħaż Żabbar Gylam Camilleri qal li dan il-pellegrinaġġ jlaqqa’ ħafna nies flimkien filwaqt li joħloq atmosfera mill-isbaħ.

Ritratti: Matthew Tabone