Atletika Sport

Mo Farah jtemm fir-raba’ post fl-aħħar maratona tiegħu

(Ritratt: EPA)

L-atleta Mo Farah temm biss fir-raba’ post fl-aħħar maratona tal-karriera tiegħu, fil-maratona ta’ 13.1 mil bejn Newcastle u South Shields. Mo Farah li huwa meqjus bħala l-aqwa atleta Brittaniku temm tliet minuta u tletin sekonda wara Tamirat Tola li rebaħ din it-tellieqa.

Mo Farah li għandu 40 sena qal li dan kien mument emozzjonanti għalih hekk kif se jkun qed jieqaf milli jikkompeti b’mod kompetittiv fejn stqarr li għalih il-ġiri huwa kollox. Hu sar l-ewwel Brittaniku li rnexxielu jirbaħ l-maratona tal-5000 metru u l-1000 metru fl-Olimpjadi tal-Londra fl-2012 u rnexxielu jiddefendi it-titlu f’Rio fl-2016.

Fl-istorja, ħames atleti Brittaniċi oħra għandhom aktar midalja Olimpiċi minn Farah hekk kif matul il-karriera tiegħu rebaħ sitta. Hu rebaħ ukoll seba’ midalja Ewropej kif ukoll il-maratona ta’ Chicago f’karriera ta’ aktar minn 20 sena.